IŻ-ŻARBUN

Mużika ta’ Joseph Vella

Kliem ta’ Trevor Zahra

Is-Sibt li għadda, il-Mama’ xtratli,
Żarbun kannella, tgħidx kemm qam flus!
Kull meta nilbsu, jaqbad iżaqżaq,
Tassew għal qalbi, tassew gustuż!

Kull meta nimxi, kull meta niġri,
Kull meta naqbeż: “Żiqq-żiqq, Żaqq-żaqq”
Kull min jisimgħu, jgħid f’daqqa waħda:
“Żarbun bħal dana, ma rajna qatt!”