Mużika ta’ Joseph Vella
Kliem ta’ Trevor Zahra
Illum waslu l-pitirrossi,
Ġew mill-bogħod, ilkoll flimkien,
Niżlu għandna biex jistrieħu,
Fuq is-siġra tar-rummien.
Għandhom rashom donnha lewża,
U għajnejhom żgħar, ċkejknin,
Dak sidirhom aħmar, aħmar,
Bħal-larinġ u l-mandolin.
Isma’ ftit xi ġmiel ta’ għanja,
Donnhom għandhom żewġ ċagħkiet;
Qegħdin igħidu: “Fi triqitna,
Aħna ltqajna mal-Milied!”