Soprano Recorders


Tindif tal-istrument

Ir-recorder sopran għandu jiġi mnaddaf skont il-bżonn:

Cleaning rod

Imsaħ l-umdità minn ġewwa tal-istrument wara li ddoqq. Imbotta ġentilment biċċa drapp tal-qoton ġewwa r-recorder billi tuża l-virga biex tnaddaf. Tużax tissue jew materjal tal-karta. Kultant aħsel r-recorder sopran b’soluzzjoni ta’ deterġent imħallat bl-ilma meta tara xi ħmieġ. Laħlaħ immedjatament b’ilma sħun. Tista’ tuża xkupilja għall-fliexken ratba biex tnaddaf il-ħmieġ minn ġewwa tar-recorder.


Applikazzjoni tal-grass

Joint grease

Grass għandu jiġi applikat mal-partijiet li jgħaqqdu l-istrument qabel ma jiġi armat.

Dan għandu jinżamm mill-ġenituri/kustodji u jintuża biss skont il-bżonn.

Ipprepara l-istrument skont kif indikat fl-istampa:

Applika ftit grass fil-post indikat (mad-dawra kollha).

Erġa arma l-istrument kif indikat fl-istampa:


Serħan tas-saba’ l-oħxon

Il-parti fejn iserraħ is-saba’ l-oħxon (thumb rest) għandha tiddaħħal b’kawtela minn naħa dejqa tal-istrument kif indikat fl-istampi t’hawn taħt:

Wara ressaqha lejn nofs l-istrument kif indikat:

Din għandha titħalla f’postha għax inkella tintilef jew tinkiser.


Nieħdu ħsieb l-istrument

L-istrument għandu jinżamm fiċ-ċurniena meta’ ma jkunx qed jintuża.

L-istrument u ċ-ċurniena