NIXTIEQ

Mużika ta’ Joseph Vella

Kliem ta’ Trevor Zahra

Nixtieq li xagħri qatt ma kien jikber,
Jibqa’ qis wieħed bla ma jitwal.
Kieku fil-ħwienet tal-parrukkiera,
Żgur li qatt aktar ma jersqu t-tfal.

Ma noqgħodx aktar fuq il-pultruna,
B’dik iċ-ċarruta madwar griżmejja.
U b’qalbi ttaqtaq bil-kemm niċċaqlaq,
Ma jmurx jfittillu jmissli widnejja.

Nixtieq li xaħri qatt ma kien jikber,
U jibqa’ dejjem il-qies li jkun;
Kieku ‘flok naħli sagħtejn bil-qiegħda,
Noqqgħod nilgħablek logħba ballun!