NITBANDLU

Mużika ta’ Joseph Vella

Kliem ta’ Mary Puli

Arani nitbandal,
Arani kemm nogħla,
Arani kemm nifraħ,
Tra la la la la!

Li kieku kont nista’,
Nitbandal bla nieqal,
Kemm ninżel, kemm nogħla,
Tra la la la la!