Mużika ta’ Joseph Vella
Kliem ta’ Ġuże Delia
Ja bilbla għannejja mitlufa,
Ġod-difa tal-ogħla smewwiet,
Ixxerred dak leħnek ta’ ħlewwa,
Bħal xita ta’ nida fis-skiet.
Nixtieq illi bħalek kont nista’,
Nittajjar f’dak l-ikħal hemm fuq,
F’dak l-ajru ta’ dija ta’ ħemda,
Mill-ħsejjes tad-dinja misruq.
Biex kieku fis-sħab lewn id-deheb,
Imdawwal mix-xemx qiegħda tnin;
Ninħeba w hekk naħrab u ninsa,
Tar-rwiefen tal-ħajja t-tvenvin.
U waħdi, fil-wisa’ tal-beraħ,
Fejn l-anġli w l-kwiekeb hekk qrib,
Nitgħaxxaq, nistrieħ u nitfarraġ,
U l-hena bla niket insib.