Mużika ta’ Joseph Vella
Kliem ta’ Joseph Sciberras
Ballun tal-lastku, inti xi tkun,
M’għandekx kwiet f’ġismek! Kemm int brikkun!
Warajk tbellaħhom lit-tfal ċkejknin:
Iriduk magħhom f’kull waqt u ħin.
Narawk f’xi għalqa, jew f’nofs ta’ triq,
Taqbeż u togħla, taqla’ bis-sieq.
Xi drabi aħmar, aħdar jew blu’,
Isfar, kannella, lewnek x’inhu?
U meta mżewwaq tkun b’ħafna lwien,
Tkun tixbaħ ħafna lill-fjur tal-ġnien.
Ballun ċkejkuni, ħalli ċ-ċkejknin,
Jilgħabu dejjem bik ferħanin.