Mużika ta’ Joseph Vella
Kliem ta’ Maria Frendo
Li kieku kont farfett
Nittajjar ġo xi ġnien
Inbus il-fjuri kollha
Ġo xi ġnien, ġo xi ġnien
Li kieku kont farfett.
Li kieku kont għasfur
Nittajjar fis-smewwiet
Kont ninsa d-dinja kollha nkwiet
Fis-smewwiet, fis-smewwiet
Li kieku kont għasfur.
Li kieku naħla kont
Nittajjar qalb il-ward
Fil-fwieħa nilgħab sa fit-tard
Qalb il-ward, qalb il-ward
Li kieku naħla kont.