L-EDUKAZZJONI FID-DAR

Mużika ta’ Joseph Vella

Kliem ta’ Tony Cutajar

Biex titkellem m’għandekx tgħajjat,
Lanqas tuża kliem pastaż;
“Grazzi ħafna” u “Jekk jogħġbok”
Għandek tgħid dejjem f’kull każ.

Qabel tiekol aħsel idek
Għax il-ħmieġ iġib il-mard;
U fil-ħinijiet ta’ l-ikel
Titlaqx qabel, tasalx tard.

Il-mama mhix xi seftura;
Lilha żomm fuq wiċċ l-idejn.
Qis li tobdi u le tikkmanda
U fejn tista’ dejjem għin.

Edukat, b’manjieri tajba
Fid-dar, skola u kullimkien;
U ġib ruħek sewwa f’kollox,
Ma’ tad-dar, ħbieb u ġirien.