JIEN MA NGĦIDX LE

Mużika ta’ Joseph Vella

Kliem ta’ Pawlu Mifsud

Il-mama’ tiegħi tħobbni wisq din,
Ikel tlestili tajjeb u bnin.
Qabel l-iskola tagħtini t-te’,
U l-bajda friska jien ma ngħidx le.

Tlestili l-brodu għal nofs in-njar,
Tnewwilli l-laħam malli jkun sar.
Waqtiet tlestili xi platt bil-ħut,
U ġieli ttini, ħobż bil-perżut.

Il-frott tqaxxarli, larinġ, tuffieħ,
U jien inteftef, nitpaxxa bih.
Terġa ssajjarli għal fil-għaxija;
Kemm tħobbni ommi! Kemm taħseb fija!