IŻ-ŻEBRA

Mużika ta’ Joseph Vella

Kliema ta’ Tarcisio Zarb

Żebra għandi sewda u bajda
Mhux tal-laħam tal-kulur,
Naqsam fuqha mill-iskola
Jew meta noħroġ indur

Din iż-żebra l’għandi jiena,
Tgħidli ħares ‘l hawn u ‘l hinn.
Taqsamx qabel tħares sewwa
U jkun ġej xi karozzin.

Qatt ma naqsam ‘kmux mingħajrha
Għax jolqotni xi mutur,
jew inkella xi karozza
illi jkollha r-rota ddur.

Din iż-żebra l’għandi jiena,
Tgħidli ħares ‘l hawn u ‘l hinn.
Taqsamx qabel tħares sewwa
U jkun ġej xi karozzin.