IL-WARDA MALTIJA

Mużika ta’ Joseph Vella

Kliem ta’ Ġorġ Pisani

Fost kollha l-ward ta’ Mejju
li jarmu ħafna fwieħa,
Jien waħda biss tferraħni
U nara wisq sabiħa.

Agħtuni din il-warda
Ħa niġri u nifraħ biha,
Irridha bajda u ħamra
Irrid Warda Maltija.

Inħobbha din il-warda
Inbusha x’ħin tkun f’idi,
Għaliex din iġġib l-isem
Ta’ Malta – Art Twelidi.