IL-PASTUR

Mużika ta’ Joseph Vella

Kliem ta’ Trevor Zahra

Kemm għandna pasturi tat-tafal, żgħar, żgħar,
Ir-rgħajja bil-merħla, il-baqra, u l-ħmar!
Hemm wieħed daqs nitfa b’sieq waħda, miskin,
Kien waqqgħu Toninu minn fuq tavolin.

Kemm qiegħed għal qalbi daċ-ċkejken pastur,
Għalkemm b’sieq waħda, għalkemm ftit miksur!
U nqiegħdu kull sena fil-grotta, jistrieħ,
Sabiex ma tantx jgħejja, sabiex ma jħossx ksieħ.

U biex iżomm wieqaf kif dejjem nixtiequ
Inqegħdlu ħarufa sew sewwa ma siequ.
U minn ġol-maxtura iċ-ċkejken Bambin,
Jixħitlu tbissima mill-aktar ħelwin.