Mużika ta’ Joseph Vella
Kliem ta’ Trevor Zahra
Fil-ġnien tagħna ġew il-friefet
Biex jilagħbu fuq il-fjuri,
Ġew il-bojod, ġew is-sofor,
Ġew oħrajn bi tliet kuluri.
L-ewwel marru ħdejn il-qronfla
U żifnulha żewġ żifniet,
Imbagħad taru lejn il-ġilju
U kantawlu żewġ għanjiet.
Imbagħad telqu lejn il-vaska
Bl-ilma ċar sa fuq mimlija,
Waqfu jħarsu fuq ix-xifer
Lejkn il-ħuta ħamranija.
F’daqqa waħda b’ħeffa kbira
Telqu jtiru lkoll flimkien,
Taru ‘l fuq, ‘il fuq mis-siġar
Sa ma qabżu l-ħajt tal-ġnien.