Mużika ta’ Joseph Vella
Kliem ta’ Trevor Zahra
Meta x-xita tibda nieżla,
Meta tqum xi maltempata,
Il-bebbux ta’ ġol-ġnien tagħna
Joħroġ jagħmel passiġġata.
Il-bebbux iħobb jixxarrab
W inċirata ma jużax,
Lanqas joħroġ b’xi umbrella
Għax mix-xita ma jibżax.
Jibda tiela’ mal-larinġa
Mar-rummiena w mal-lumija,
Mal-passaġġ arah jiżżerżaq
Jew jixxabbat ġo qasrija.
Bebbux ċkejken tal-ġnien tagħna
Fittex itlaq lejn id-dar,
Għaliex ommi dalwat toħroġ
Biex issajrek f’nofs inhar.