Mużika ta’ Joseph Vella
Kliema ta’ Brother Henry
Ħuta ċkejkna b’lewnha mdieheb,
Ġewwa l-vaska ddur iddur,
Tilwi tmil, tiżgiċċa tieqaf,
Lanqas taf fejn taqbad tmur.
Wara ġebla f’nofs il-vaska,
Tmur tistaħba terġa tfiġġ,
Gie li ddur fil-qiegħ tal-vaska,
Ġie li ssibha ħdejn il-wiċċ.