Mużika ta’ Joseph Vella
Kliem ta’ Anastasio Cuschieri
Għasfur ta’ qalbi,
Ersaq ftit lejja,
La tibżax minni,
Ejja ftit ħdejja.
Taf li Min ħalaq,
Lilek u lili,
Riedna bħal aħwa,
Ngħixu fidili?
Mela, bla biża’,
Għandi fis ejja,
La tibżax minni,
Ejja ftit ħdejja.