FEJN IL-BAĦAR

Mużika ta’ Joseph Vella

Kliem ta’ Carmel G. Cauchi

Inħobb immur il-baħar bil-qasba biex nistad,
U jekk il-ħut imissni hemm hekk ngħaddi is-sigħat.
Inħobb nilgħab fir-ramel u nibni xi kastell,
Jew il-bebbux infittex, l-imħar, granċi u arzell.

Inħobb nilgħab bid-dgħajsa bil-qlugħ taparsi jott;
Inħobb il-luminata u il-ħobż biż-żejt, il-frott.
‘Mma nħobb iktar minn kollox dak l-ilma ċar nadif,
x’ħin naqbeż fih jien nibda qisni ħuta ngħum ħafif.